Biex niżguraw li jkollok l-aħjar esperjenza possibbli, meta żżur il-websajt tagħna, nużaw cookies.
Semma' leħnek! corner

Proposti

Aħna nappoġġjaw Ekonomija tas-Suq Soċjali adatta għas-seklu 21

  • Aħna rridu noħolqu impjiegi ta' kwalità, speċjalment għaż-żgħażagħ tagħna. Ma nistgħux nippermettu li jkollna ġenerazzjoni mitlufa li esperjenzat żewġ kriżijiet ekonomiċi konsekuttivi. Għal dan il-għan, beħsiebna nsaħħu u napprofondixxu aktar is-Suq Uniku, speċjalment fil-qasam tal-moviment liberu tas-servizzi, inħaffu t-tlestija tal-Unjoni Bankarja u tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.

  • Aħna rridu Ewropa li tħares il-ġid ekonomiku u tippromwovi tkabbir sostenibbli u inklużiv. Biex niksbu dan, irridu nimplimentaw riforma li tħares' il quddiem tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tagħna: irridu nistimulaw aktar il-konverġenza ekonomika bejn l-Istati Membri u nallinjaw il-politiki fiskali tagħna b'mod aktar effettiv filwaqt li nikkunsidraw it-twettiq ta' aktar progress lejn Fond Monetarju Ewropew.

  • Aħna rridu niżguraw li ż-żgħażagħ tagħna jirnexxu filwaqt li ngħożżu l-esperjenza tal-anzjani tagħna. Biex niżguraw skambju interġenerazzjonali produttiv, irridu nwettqu "verifika tal-provi għaż-żgħażagħ u l-anzjani" għall-proposti leġiżlattivi kollha tal-Unjoni Ewropea filwaqt li nkomplu bl-investimenti tagħna fiż-żgħażagħ, il-programmi ta' skambju, u l-inizjattiva Skopri l-Ewropa/Interrail bla ħlas.

  • Aħna nappoġġjaw mudell agrikolu Ewropew ibbażat fuq il-familji. Irridu niżguraw li l-biedja tibqa' fil-qalba tal-komunitajiet rurali vibranti madwar l-UE u li s-sengħa tal-bdiewa tibqa' attraenti għall-ġenerazzjonijiet li jmiss. Aħna nitolbu ridistribuzzjoni aktar b'saħħitha tal-pagamenti diretti lejn dawk li ġenwinament huma involuti f'attività agrikola fl-azjendi agrikoli tal-familja biex tiġi evitata l-problema li l-art tkun iffokata biss fuq il-benefiċċju finanzjarju ta' investituri kbar.

  • Aħna rridu li l-kumpaniji u l-SMEs tagħna jkunu jistgħu jirnexxu. Għal ambjent tan-negozju li jiffjorixxi li joħloq l-impjiegi u l-opportunitajiet, jeħtieġ li b'mod urġenti nnaqqsu l-piż burokratiku fuq il-kumpaniji tagħna billi nnaqqsu l-burokrazija, mingħajr ma nnaqqsu r-rekwiżiti sostantivi tar-regolamenti.

Kummenti

Reply to the Comment

Int żgur li trid tħassar il-kumment?'