L-Ewropej jistgħu jkunu kburin ħafna bil-kisbiet tagħhom. Rajna l-itwal perjodu ta' paċi, ħloqna u kkonsolidajna demokraziji f'postijiet fejn kien hemm reġimi komunisti u faxxisti, tejjibna s-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħna, immaniġġjajna l-isfidi ekonomiċi bil-ħolqien ta' miljuni ta' impjiegi u stabbilixxejna livell għoli għall-istandards ambjentali dinjija. Bħal ma ġara fil-passat, il-Grupp PPE se jkompli jkun fuq quddiem nett fil-futur Ewropew. Aħna nemmnu f'Ewropa b'saħħitha u magħquda u rridu ntejbuha għall-ġenerazzjonijiet futuri.