Biex niżguraw li jkollok l-aħjar esperjenza possibbli, meta żżur il-websajt tagħna, nużaw cookies.
Semma' leħnek! corner

Dwar il-Grupp PPE

voice
speak
expression
opinion

Dwar il-Grupp PPE

detail image

Kommessi li noħolqu Ewropa aktar b’saħħitha

Il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (il-Grupp tal-PPE) huwa l-akbar u l-eqdem grupp fil-Parlament Ewropew. L-għeruq tagħna jmorru lura għall-fundaturi tal-Ewropa - Robert Schuman, Alcide de Gasperi u Konrad Adenauer - u l-Membri tagħna ġejjin mill-Istati Membri kollha tal-Ewropa.

Bħala grupp taċ-ċentru lemin, aħna kommessi li noħolqu Ewropa aktar b’saħħitha, mibnija fuq in-nies. Wara kollox, l-ekonomija magħmula minn nies, u l-popli Ewropej huma l-akbar ekonomija fid-dinja.

L-għan tagħna hu li noħolqu Ewropa aktar kompetittiva u demokratika, fejn in-nies jistgħu jgħixu l-ħajja li jridu. Irridu nagħtu lil kulħadd ċans ugwali biex jirnexxi, inkluż negozji tal-familja, negozji żgħar, innovaturi, investituri, riċerkaturi, xjentisti, u self-employed, fost l-oħrajn. Bl-istess mod, irridu nipprovdu xibka ta’ sigurtà għal kull min qed ibati.

Aħna naraw il-kontinent Ewropew bħala post fejn in-nies jivvjaġġaw, jagħmlu n-negozju, jinvestu, jitgħallmu minn xulxin, jixtru, ibiegħu, jikkollaboraw u jaħdmu flimkien.

Dak li nemmnu

Id-demokrazija u l-paċi fl-Ewropa jeħtieġu sforz kbir u għandhom ikunu apprezzati. L-Ewropa qed issib sfidi minn barra permezz tal-globalizzazzjoni, il-protezzjoniżmu u l-gwerer tal-kummerċ, it-terroriżmu, u theddid ieħor għall-istil ta’ ħajja tagħna. Qed tiġi kontestata wkoll minn ġewwa, minn dawk li huma kontra l-Ewropa, nies li m’għadhomx jemmnu li l-proġett Ewropew hu l-aħjar soluzzjoni biex nissalvagwardjaw il-paċi u d-demokrazija f’dan il-kontinent, kif sar mit-Tieni Gwerra Dinjija. F’dinja fejn l-ebda Stat Membru waħdu m’hu b’saħħtu biżżejjed biex iġorr il-piż tad-deċiżjonijiet li jaffettwaw il-futur, l-Ewropa għandha bżonn li terġa’ tafferma u tiddefendi l-valuri tagħha. Biex tagħmel dan, għandna bżonn inżommu l-Unjoni Ewropea flimkien. U rridu naħdmu għal Ewropa aħjar u aktar ambizzjuża.

Il-missjoni tagħna

  • Biex naħdmu għall-benefiċċju tal-Ewropej kollha biex nibnu Ewropa aktar ambizzjuża fejn kulħadd ikollu opportunitajiet indaqs biex jirnexxi; niddefendu Ewropa magħquda  li tirrispetta s-sussidjarjetà, mingħajr kontradizzjoni fost l-identitajiet Ewropej, nazzjonali u lokali.
  • Biex inpoġġu n-nies f’qalb il-proġett Ewropew, insaħħu d-demokrazija Ewropea u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet; niddefendu l-istil ta’ ħajja Ewropew, niffavorixxu Ewropa magħquda bażata fuq il-valuri tad-dinjità umana, il-libertà, s-solidarjetà, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u s-saltna tad-dritt.